Il-ġurnali sportivi tal-lum jiddedikaw il-paġni ta’ quddiem tagħhom lir-rebħa tal-Italja kontra l-Belġju u l-ewwel jum ta’ Pjanić bħala Juventin.
Tuttosport: Bit-titlu “Vinciamo tutto, ora!” il-ġurnal minn Turin jagħmel referenza għall-kliem ta’ Pjanić li qal li jrid jiskurja u jirbaħ ma’ Juventus biex jagħmel lis-sapporters kuntenti. Titkellem ukoll dwar kuntratt ta’ ħames snin għal Pjanić u paga daqs Pogba filwaqt li Juventus se jinnegozjaw ma’ Real dwar Morata u Kovačić.
La Gazzetta dello Sport: titkellem dwar in-nazzjonal Taljan u tgħid li Bonucci kien l-aqwa plejer tal-logħba. B’titli żgħar tikkwota lil Pjanić li qal li ngħaqad ma’ Juventus biex jiskurja u jirbaħ.
ll Corriere dello Sport: Tikkwota lil Pjanić li qal li jrid jiskurja u jirbaħ ħafna unuri ma’ Juventus għax ingħaqad ma’ tim kbir.