Il-ġurnali sportivi tal-lum jiffukaw l-iktar dwar it-telfa tat-tim Taljan kontra l-Irlanda. Ikomplu x-xnigħat dwar min se jkun l-attakkant li se jieħu post Morata.

Tuttosport: Il-ġurnal minn Turin jgħid li Marotta għamel offerta ta’ €30 miljun għall-attakkant Belġjan Batshuayi li Marseille qed jitolbu €38 miljun għalih. Jidher iżda li l-qbil huwa fil-qrib għax it-tim Franċiż għandu bżonn il-flus. Il-gazzetta tgħid ukoll li qed jiġi segwit anki Sánchez minħabba l-inċertezza dwar Zaza.

La Gazzetta dello Sport: Minbarra l-aħbarijiet relatati mal-Italja fl-Euro 2016, il-gazzetta r-roża tgħid li Elkann għalaq kull possibbiltà li Pogba jitlaq lil Juventus minkejja r-reżistenza ta’ Raiola. Dan il-ġurnal ukoll isemmi l-possibbiltà ta’ negozjati għal Sánchez.

ll Corriere dello Sport: L-unika aħbar relatata ma’ Juventus fil-paġna ta’ quddiem ta’ dan il-ġurnal tikkwota lid-direttur ġenerali ta’ Sassuolo, Carnevali, li qal li Berardi se jibqa’ ma’ Sassuolo u li l-Juve m’għandhom xejn x’jaqsmu ma’ din i-deċiżjoni. Tikkwotah ukoll jgħid li d-deċiżjoni ilha li ttieħdet 20 ġurnata u li jispera li Inter ma tkellmux mal-plejer.

dical-banner-1200×280