Minkejja t-trasferiment rekord ta’ Paul Pogba għal ma’ Manchester United, l-uniku ġurnal li għażel li jirrapporta dan fil-paġna ta’ quddiem tiegħu huwa Tuttosport. B’kuntrast ma’ dan il-kliem ta’ mħabba ta’ Dybala dwar Juventus ġew rappurtati fil-ġurnali kollha.

Tuttosport: tagħti prominenza kbira lit-trasferiment ta’ Pogba għal ma’ Manchester United. Il-ġurnal fil-fatt jgħid illi huwa ħażin għal Pogba li telaq għaliex filwaqt li Juventus qed jimmiraw li jirbħu ċ-Champions League u għamlu qligħ tajjeb mit-trasferiment tiegħu, Manchester United lanqas biss se jieħdu sehem f’din it-tazza. Jikkwota wkoll lil Dybala jgħid li huwa kuntentissimu ma’ Juventus.

La Gazzetta dello Sport: tikkwota lil Dybala jgħid li l-ewwel penalty għal Juventus se jtih hu u mhux Higuaín u javża lil kulħadd biex joqogħdu attenti minn Mandžukić.

ll Corriere dello Sport: jikkwota lil Dybala jgħid li Juventus huwa tim b’saħħtu ħafna din is-sena.

dical-banner-1200×280