Il-ġurnali sportivi tal-lum jitkellmu iktar dwar il-calciomercato u naturalment jissemmew ismijiet ġodda ma’ Juventus.

Tuttosport: Tgħid li Juventus reġgħu tefgħu għajnejhom fuq Marek Hamsik u li l-prokuratur tiegħu reġa’ bexxaq il-bieb għal trattattiva li żgur tkun waħda kontroversjali. Tgħid ukoll li l-intenzjoni ta’ Juventus għadha li jżommu lil Pogba u għahekk it-talba hija ta’ €120 miljun.

La Gazzetta dello Sport: L-unika aħbar relatata ma’ Juventus fil-paġna ta’ quddiem hija l-interess ta’ Inter f’Berardi li għalih lesti joffru €25 miljun lil Sassuolo u €5 miljun fis-sena lill-attakkant.

ll Corriere dello Sport: Jgħid li l-possibbiltà li Mascherano jingħaqad ma’ Juventus qiegħda dejjem tikber għaliex il-plejer Arġentin huwa konvint mill-proġett ta’ Juventus.

dical-banner-1200×280