Is-saga ta’ xnigħat li jirrigwardaw is-suq tat-trasferimenti tkompli anki fil-ġurnali tal-lum, anki jekk ftit mill-attenzjoni tittieħed mit-tim nazzjonali Taljan issa li qed joqrob sew Euro 2016.

Tuttosport: L-aħbar prinċipali tikkwota lil Marotta jgħid illi Mascherano u Dani Alves jistgħu jagħmlu d-differenza u jikkonferma l-interess ta’ Juventus fiż-żewġ plejers ta’ Barcelona. (Iktar dettalji f’artiklu iktar tard). L-istess amministratur delegat ġie ppremjat minn De Paola.

La Gazzetta dello Sport: Il-gazzetta ta’ Milan tiffoka l-iktar fuq in-nazzjonal iżda tikkwota lil Dani Alves jgħid illi qiegħed iffokat fuq il-Brażil u ma jikkummentax dwar ix-xnigħat li qed jinsistu li laħaq ftehim ma’ Juventus.

Il Corriere dello Sport: Bit-titlu “Juve senza freni” tikkonferma l-interess ta’ Juventus f’Mascherano u Dani Alves u l-akkwist ċert ta’ Berardi. Dan tagħmlu billi tibbaża fuq l-intervista ma’ Marotta li ppubblikajna lbieraħ. Iktar spekulazzjoni dwar Dani Alves u Mascherano saħansitra l-fatt li ma kinux fir-ritratt bil-flokk il-ġdid ta’ Barcelona.
Tikkwota wkoll lil Allegri li qal li l-motivazzjoni tagħmel id-differenza f’Juventus.