Il-ġimgħa li tara l-bidu tal-Euro 2016, tidher li se tkun ukoll il-ġimgħa tat-trasferiment uffiċjali ta’ Dani Alves għal ma’ Juventus u dan huwa rifless fil-paġni ta’ quddiem ta’ tnejn mit-tliet gazzetti sportivi fl-Italja.

Tuttosport: L-aħbar tgħid li hija imminenti l-firma u l-uffiċjalizzazzjoni tat-trasferiment ta’ Dani Alves għal ma’ Juventus filwaqt li tikkwota lil Lukaku li tkellem dwar ix-xewqa li jilgħab ma’ Pogba fiċ-Champions League. Barzagli jitkellem dwar in-nazzjonal u kif id-difiża ta’ Juventus hija waħda li tagħti garanzija.

La Gazzetta dello Sport: L-ebda aħbar relatata mal-bianconeri fil-paġna ta’ quddiem ta’ dan il-ġurnal li tagħti prominenza lil Inter u l-akkwist tagħhom min-naħa tal-kumpanija Ċiniza Suning u l-aħħar rebħa ta’ Valentino Rossi.

Il Corriere dello Sport: Bi prominenza kbira titkellem dwar Dani Alves u l-firm mistennija din il-ġimgħa. Dan il-ġurnal jagħti x’jifhem ukoll li Lichsteiner jista’ jingħaqad ma’ Inter u li Juventus se jippruvaw jieħdu lil Götze li beħsiebu jħalli lil Bayern.