Filwaqt li x-xnigħat dwar is-suq tat-trasferimenti qegħdin dejjem jimlew is-siti online, il-paġni ta’ quddiem tal-ġurnali sportivi fl-Italja llum iħarsu l-iktar lejn in-nazzjonal u ftit li xejn jagħtu prominenza lill-calciomercato.

Tuttosport: L-aħbar prinċipali tgħid li Allegri għadu qed jinsisti għal Pjanic iżda Juventus jidher se jkollhom sfida għal dan il-plejer minn Barcelona. Il-gazzetta minn Turin titkellem ukoll dwar il-finali li Juventus Primavera irnexxielhom jiksbu f’dak li għandu x’jaqsam il-kampjonat Primavera.

La Gazzetta dello Sport: Filwaqt li tiddedika l-aħbar prinċipali lil Inter u dak li x’aktarx ħa jkun il-bejgħ tal-klabb liċ-Ċiniżi, tikkwota lil Zidane li qal li Isco sa jibqa’ ma’ Real Madrid u li dwar Morata għad iridu jitkellmu.

Il Corriere dello Sport: Titkellem dwar il-finali milħuqa mill-Primavera ta’ Juventus li se jilagħbu kontra Roma bil-possibbiltà ta’ rekord f’dak li hu rebħ ta’ kampjonati f’kategoriji differenti.