Ġurnata oħra kwieta fir-rigward ta’ aħbarijiet dwar Juventus fil-paġni ta’ quddiem tal-ġurnali sportivi.

Tuttosport: L-aħbar ewlenija ta’ dan il-ġurnal hija l-fatt li Juventus se jippruvaw itawlu il-kuntratt ta’ Dybala sal-2021 filwaqt li jtuh il-flokk numru 10 u b’hekk jippruvaw kemm jista’ jkun jipproteġu ruħhom minn xi tentattiv t’akkwist minn tim ieħor.

La Gazzetta dello Sport: fin-naħa t’isfel tal-ewwel paġna tgħid li Zaza jrid jiddeċiedi jibqax ma’ Juventus jew jingħaqadx ma’ Wolfsburg.

ll Corriere dello Sport: Dan il-ġurnal jagħmel riferiment għal-logħba ta’ ħbiberija li Juventus se jilagħbu kontra West Ham sabiex jiġi inawgurat l-istadium il-ġdid ta’ dan it-tim minn Londra u jgħid illi Higuain se jkun ukoll fost dawk li sejrin Londra.

dical-banner-1200×280