Bis-saga ta’ Pogba donnha se tkompli anke fil-ġimgħat li ġejjin, hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar dak li jista’ jkun il-midfield ta’ Juventus jekk jitlaq in-numru 10 ta’ Juventus. Witsel huwa l-iktar isem li qed jissemma imma hemm anke ismijiet oħra.

Tuttosport: Skont dan il-ġurnal, f’kaz li jitlaq Pogba (dejjem skont Tuttosport, dan huwa mminenti) Juventus beħsiebhom jieħdu lil Witsel u midfielder ieħor li probabbli jkun wieħed bejn Matic u Matuidi. Jgħid li Allegri jippreferi lil Matic imma Matuidi għandu bħala aġent lil Raiola. Jgħid ukoll li Juventus jistgħu jdaħħlu mal-100 miljun ieħor minn bejgħ ta’ plejers oħra.

La Gazzetta dello Sport: Tgħid li t-timijiet kollha l-oħra issa qed jippruvaw jakkwistaw plejers biex ilaħħqu ma’ Juventus li żiedu d-distakk b’mod drastiku. Tgħid ukoll li Juventus se jakkwistaw lil Witsel jew lil Matic b’tama li jirnexxilhom jidħlu anke għal Verratti.

ll Corriere dello Sport: Dan il-ġurnal jgħid li Witsel irid biss lil Juventus u qed jittama li t-trasferiment iseħħ kemm jista’ jkun malajr. Jibqa’ jinsisti li Pogba se jingħaqad mal-Manchester United minkejja d-diffikultajiet fit-trattattiva.