Ftit li xejn insibu aħbarijiet relatati ma’ Juventus fil-paġni ta’ quddiem tal-ġurnali tal-lum bl-unika aħbar tkun dik li tkompli mill-bieraħ dwar l-interess ta’ Juventus f’Kanté tal-Leicester.

 
Tuttosport: Jidher li Leicester talbu lil Lemina bi bdil ma’ Kanté iżda Juventus mhumiex ċerti minn dan il-bdil speċjalment wara li ġara fil-każ Coman tas-sena l-oħra. Jgħid li Juventus qed iħejju proposta ikbar għal Gabriel Jesus biex jikkompetu mal-proposta ta’ Inter u sadattant Pjaniċ qed jagħmel sagħtejn training kuljum biex ikun lest għall-istaġun li ġej.

 
La Gazzetta dello Sport: L-uniku riferiment indirett għal Juventus fil-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta r-roża huwa li Sturaro probabbli jieħu post De Rossi (imweġġa’) kontra l-Ġermanja u li Zoff “sfida” lil Buffon biex jilħaq is-suċċessi tiegħu.

 
ll Corriere dello Sport: Isemmi li Sturaro se jieħu post De Rossi kontra l-Ġermanja.