Naturalment il-ġurnali kollha llum huma ddominati mill-11-il suċċess ta’ Real Madrid fiċ-Champions League, iżda minkejja dan xorta waħda nsibu xi aħbarijiet dwar Juventus.

Tuttosport: Tagħti prominenza kbira lill-aħbar li Juventus beħsiebhom iġeddu l-kuntratt ta’ Dybala u anki jżidulu l-paga biex ibiegħdu l-periklu ta’ xi offerta min-naħa ta’ Mourinho. Tikkwota wkoll lil Emerson li wissa lil Morata biex jaħsibha darbtejn qabel ma jħalli lil Juventus.

La Gazzetta dello Sport: Minkejja l-prominenza mogħtija lil Real Madrid, il-gazzetta minn Milan tgħid illi Juventus u l-entourage ta’ Mascherano qed iħejju biex jiltaqgħu.

Il Corriere dello Sport: Skont dan il-ġurnal kollox lest għat-trasferiment ta’ Dani Alves għal ma’ Juventus, liema trasferiment mistenni jiġi konkluż fil-jiem li ġejjin.