L-aħbar prinċipali fil-faċċata ta’ quddiem tal-ġurnali tal-lum mhix relatata mal-futbol imma mal-mewt tal-boxer leġġendarju Cassius Clay jew Muhammad Ali. Minkejja dan insibu wkoll xi stejjer relatati ma’ Juventus u b’mod speċjali l-interess li l-Bianconeri qed juru għal Kovačić.

Tuttosport: Tgħid illi nhar l-Erbgħa, Juventus mistennija jiltaqgħu ma’ Real Madrid biex jitkellmu dwar Morata kif ukoll dwar is-self ta’ Kovačić li jidher li jogħġob lil Allegri.

La Gazzetta dello Sport:
Għalkemm il-paġna ta’ quddiem hija kważi kompletament iddominata mit-tislima lil Ali, il-gazzetta ta’ Milan fin-naħa t’isfel tirreferi għat-telfa li ġarrbu l-Primavera fil-finali tal-Kampjonat wara l-għoti tal-penaltis u konsegwentement it-telf ta’ possibbiltà ta’ rekord.

Il Corriere dello Sport: Anki l-gazzetta Rumana tagħti prominenza lill-boxer leġġendarju u l-unika aħbar relatata ma’ Juventus fil-paġna ta’ quddiem hija dwar il-finali mitlufa mill-Primavera.