Il-ġurnali tal-lum bħal f’dawn l-aħħar jiem jitkellmu dwar Gonzalo Higuaín u x’ser isir minn Pogba u min jista’ jkun li jingħaqad ma’ Juventus jekk dan tal-aħħar jitlaq.

Tuttosport: jgħid li Witsel irid jingħaqad ma’ Juventus u mhu se jaċċetta l-ebda tim ieħor minkejja l-ħafna offerti li għandu. Il-ġurnal minn Turin jgħid ukoll li Juventus taw ultimatum lil Napoli biex jinnegozjaw xi plejers fit-trasferiment ta’ Higuaín u jekk dan ma jiġix irrispettat Juventus se jħallsu l-klawsola. Tgħid ukoll li llum mistenni jintlaħaq ftehim bejn Juventus u Manchester United għat-trasferiment ta’ Pogba.

B’titlu ieħor din il-gazzetta tgħid li Bonucci jippreferi jibqa’ ma’ Allegri milli jingħaqad mat-tim ta’ Guardiola ċjoè, Manchester City.

La Gazzetta dello Sport: tgħid li Juventus, filwaqt illi waslu biex jiffinalizzaw in-negozjati għal Higuaín, mhumiex beħsiebhom iċedu fil-prezz mitlub għal Pogba.

ll Corriere dello Sport: f’artiklu interessanti jitkellem dwar tnejn mill-akkwisti l-ġodda tal-Bianconeri, ċjoè Pjanić u Benatia.

dical-banner-1200×280