Il-ġurnali sportivi tal-lum jiffukaw fuq żewġ aħbarijiet ewlenin: il-konfront bejn Spanja u l-Italja fir-rawnd li jmiss tal-Euro 2016 u d-dikjarazzjoni ta’ Marotta dwar Morata.

Tuttosport: Il-ġurnal minn Turin jgħid lil Morata biex iwarrab b’referenza ċara għall-aħbar doppja tat-tluq tal-attakkant lura għal ma’ Real Madrid u l-logħba tal-Italja ta’ nhar it-Tnejn li ġej kontra Spanja. Tgħid ukoll li Marotta, wara li tilef lil Morata se jipprova jakkwista lil Batshuayi u jwissi lil Real u lil Raiola li Pogba mhux se jiċċaqlaq.

La Gazzetta dello Sport: Minbarra l-aħbar li l-avversarji tal-Italja fir-rawnd li jmiss tal-Euro 2016 se jkunu Spanja u aħbarijiet oħra relatati mal-logħba tal-lejla kontra l-Irlanda, il-ġurnal minn Milan jitkellem ukoll dwar l-aħbar ta’ Morata u tgħid ukoll li hemm dwell bejn Juventus u Inter dwar il-futur ta’ Berardi.

ll Corriere dello Sport: Naturalment jitkellem dwar l-Italja u l-logħba li se tilgħab kontra Spanja nhar it-Tnejn. Madankollu, tagħti wkoll importanza lill-aħbar dwar Morata u tgħid li Allegri qed jipprova jħajjar lil Cavani. Tagħmel referenza wkoll għat-“tilwima” bejn Juve u Inter dwar il-futur ta’ Berardi.

dical-banner-1200×280