Il-ġurnali sportivi tal-lum kollha kemm huma jagħtu prominenza kbira lin-nazzjonal Taljan u l-logħba kontra l-Iżvezja bi ftit li xejn aħbarijiet relatati ma’ Juventus fil-paġni ta’ quddiem.

Tuttosport: Apparti l-aħbarijiet relatati mal-Azzurri, il-ġurnal minn Turin jitkellem dwar il-possibbiltajiet tal-akkwisti mill-Bianconeri f’nofs il-grawnd fejn jerġa’ jissemma Mascherano u anki Witsel. Tikkwota wkoll lil Marchisio li qal li bi Pjanić u Dani Alves il-livell tat-tim kompla jogħla. Issemmi ukoll il-każ Pogba u l-mossa oxxena li allegatament għamel lejn il-ġurnalisti mal-gowl ta’ Franza.

La Gazzetta dello Sport: L-unika aħbar relatata ma’ Juventus indirettament hija l-polemika rigwardanti l-każ ta’ Pogba ma’ Franza.

ll Corriere dello Sport: L-ebda aħbar relatata ma’ Juventus fil-paġna ta’ quddiem tal-ġurnal Ruman.

dical-banner-1200×280