Il-ġurnali tal-lum jitkellmu dwar Gonzalo Higuaín u l-uffiċjalità dwar l-akkwist tiegħu min-naħa ta’ Juventus.

Tuttosport: B’ittri kbar, il-ġurnal minn Turin jippreżenta t-titlu “Sbarca Higuaín” u jitkellem dwar id-dettalji tat-trasferiment. Jgħid ukoll li t-trattattivi għal Pogba għadhom għaddejjin filwaqt illi Gabigol qed jinsisti biex jingħaqad ma’ Juventus. Ifaħħar ukoll il-wirja ta’ Pjanić, Dybala u Benatia (fid-debutt tiegħu) kontra Tottenham.

La Gazzetta dello Sport: ‘Si accende la Juve HD’ huwa t-titlu prinċipali fil-ġurnal ir-roża b’riferiment għall-koppja Higuaín-Dybala. Skont dan il-ġurnal ukoll, fi ftit sigħat Pogba għandu jissieħeb mat-tim ta’ Mourinho.

ll Corriere dello Sport: Dan il-ġurnal ukoll jitkellem dwar it-trasferiment ta’ Higuaín ma’ Juventus filwaqt illi bħall-ġurnal minn Milan jgħid illi Pogba ma’ United hija kwistjoni ta’ sigħat. Jikkwota wkoll lil De Laurentiis jgħid illi Higuaín ittradixxa poplu sħiħ.