Isem li jissemma fil-paġni ta’ quddiem tal-gazzetti sportivi kollha tal-lum huwa dak tal-Kroat Pjaca.

 
Tuttosport: Bit-titlu ‘Pjaca affare’, il-ġurnal minn Turin jgħid li minkejja l-interess ta’ Napoli, il-plejer Kroat irid biss lil Juventus jew lil Milan, bil-bianconeri jidhru li jinsabu viċin ftehim miegħu. Jgħid ukoll illi r-relazzjoni bejn Cavani u PSG mhix qiegħda fi stat tajjeb minħabba l-fatt li l-attakkant Urugwajan jixtieq jitlaq.

 
La Gazzetta dello Sport: Tgħid illi Napoli lesti jisfidaw lil Juventus għall-akkwist ta’ Pjaca b’offerta ta’ 35 miljun Ewro.

 
ll Corriere dello Sport: Jgħid illi Juventus huma l-favoriti għall-akwist ta’ Pjaca u li Pogba donnu qed idurlu l-ħsieb.