Il-ġurnali sportivi tal-lum huma ddominati mill-aħħar partita ta’ ħbiberija qabel Euro 2016 li l-Italja lagħbet ilbieraħ kontra l-Finlandja. Mikejja dan xorta waħda nsibu aħbarijiet dwar is-suq tat-trasferimenti li jirrigwardaw lil Juventus.

Tuttosport: B’titlu kbir, il-ġurnal minn Turin jgħid li Juventus għandhom iċ-ċekk lest sabiex jikkonvinċu lil Roma jċedu lil Pjanić. Tgħid ukoll li dan ma jeskludix l-akkwist ta’ Kovačić illi qed issir dejjem iktar possibbiltà konkreta u li l-kliem li qal Mascherano qed iqajjem ċertu ħsibijiet.

La Gazzetta dello Sport: L-ebda aħbar relatata mal-Bianconeri fil-paġna ta’ quddiem ta’ dan il-ġurnal li tagħti prominenza lil Inter u l-akkwist tagħhom min-naħa tal-kumpanija Ċiniza Suning u lin-nazzjonal Taljan.

Il Corriere dello Sport: Titkellem dwar it-tiġdid tal-kuntratt t’Evra u tgħid li Juventus qegħdin ikomplu jippruvaw jilħqu ftehim ma’ Valencia għal André Gomes.