Il-ġurnali sportivi tal-lum huma ddominati mill-aħbar li matul il-lejl li għadda ntlaħaq ftehim bejn Juventus u Roma dwar it-trasferiment ta’ Pjanić.

Tuttosport: B’titlu kbir, il-ġurnal minn Turin jgħid li Roma u Juventus jinsabu ferm viċin ftehim għat-trasferiment ta’ Pjanić għal ma’ Juventus fuq bażi ta’ €30 miljun u bonuses varji.

La Gazzetta dello Sport:
Il-ġurnal minn Milan jagħti prominenza lill-offerta ta’ €120 miljun ta’ Real Madrid għal Pogba filwaqt li jsemmi wkoll li Pjanić huwa viċinissimu li jingħaqad mal-Bianconeri.

Il Corriere dello Sport:
 Tikkonferma l-aħbar li Pjanić mistenni jingħaqad ma’ Juventus sal-aħħar tax-xahar filwaqt illi ċ-ċifra skont din il-gazzetta hija ta’ €32 miljun.