Il-ġurnali sportivi tal-lum huma ddominati mill-aħbar ta’ Ventura bħala kummisarju tekniku tat-tim nazzjonali Taljan wara Conte. Minkejja dan, ix-xnigħat u l-aħbarijiet dwar il-Calciomercato ma jonqsux.

Tuttosport: B’titlu kbir, il-ġurnal minn Turin jgħid li Mourinho għamel lista ta’ plejers illi lest li jċedi u fost dawn hemm Darmian u Herrera li skont dan il-ġurnal huma żewġ plejers li jinteressaw ferm lil Juventus.

La Gazzetta dello Sport: Il-ġurnal minn Milan jgħid li Roma lesti li jraħħsu l-prezz fuq il-klawsola fil-kuntratt ta’ Pjanić u b’hekk dan il-plejer issa jinsab iktar viċin li jingħaqad mal-Bianconeri.

Il Corriere dello Sport: Titkellem dwar il-fatt li bi 13-il plejer Juventin li se jieħdu sehem fl-Euro 2016, Juventus stabbiliet rekord ieħor cioè tal-iktar klabb rappreżentat f’dawn il-kampjonati quddiem Liverpool li għandhom 12-il plejer.