Il-ġurnali sportivi tal-lum għandhom lil Pogba fiċ-ċentru tal-attenzjoni minħabba dak li qal Raiola lbieraħ. Hamsik ikompli jissemma…

Tuttosport: Il-ġurnal minn Turin jagħti prominenza lix-xnigħat dwar Hamsik. Tgħid li Juventus lesti jippruvaw jeħduh mingħand Napoli filwaqt li De Laurentiis jgħid li Napoli mhux xi bank. Tgħid ukoll li Raiola qed jipprova jittratta ma’ Real Madrid dwar Pogba imma dan tal-aħħar mhux daqshekk entużjast. Sadattant tikkwota wkoll lil Witsel jgħid li jrid jilgħab fis-Serie A. Diversi ritratti ta’ Dani Alves waqt vakanza ma’ martu mdawwar b’imħaded bil-kuluri taż-żebra. Jitkellem ukoll dwar l-interess ta’ Inter f’Berardi.

La Gazzetta dello Sport: Tgħid li Raiola qed jipprova jinnegozja ma’ Real dwar Pogba u tikkwota lill-aġent jgħid li l-midfielder Franċiż jammira lil Zidane. Tgħid ukoll li Florentino Pérez irid iżomm lil Morata filwaqt li Juventus qed ikomplu juru interess f’Gabriel Jesus u André Gomes. Il-ġurnal jgħid ukoll li l-interess ta’ Inter f’Berardi huwa wieħed serju.

ll Corriere dello Sport: Jgħid li jekk jitlaq Pogba, Juventus se jippruvaw jakkwistaw tliet plejers ta’ klassi ċjoè, Mascherano, André Gomes u Cavani. Tikkwota lil Raiola jgħid illi qed jagħmel negozjati ma’ Real u li Pogba jammira lil Zidane iżda Marotta qed iżomm iebes u qed jitlob mhux inqas minn €120 miljun.

dical-banner-1200×280