Il-ġurnali tal-lum iddominati mill-calciomercato, mix-xnigħat konnessi mas-suq tat-trasferimenti, offerti kbar u t-tfittxija ta’ Juventus biex isibu l-attakkant minflok Morata.

Tuttosport: jgħid li Juventus għamlu offerta ta’ 35 miljun għal Sánchez imma Arsenal qed jippretendu offerta ikbar. Jerġa’ jissemma Pjaca u l-fatt li Juventus għadhom qed jippruvaw jakkwistawh u l-offerta ta’ Wolfsburg għal Zaza (€26 miljun u 4 f’bonuses).

Fil-każ li jitlaq Zaza jista’ jkun li jirritorna Llorente. Naturalment jissemma Pogba u l-kontribut tiegħu ma’ Franza kontra l-Ġermanja.

La Gazzetta dello Sport: tgħid lil Juventus toqgħod attenta minħabba t-tentattiv ta’ Manchester City biex jakkwistaw lil Bonucci filwaqt li tfaħħar il-wirja ta’ Pogba kontra l-Ġermanja.

ll Corriere dello Sport: b’titlu kbir titkellem dwar l-offerta ta’ €60 miljun għal Bonucci mingħand Manchester City. Tgħid ukoll li s’issa l-unika sapporters li jidhru kuntenti bl-akkwisti s’issa huma dawk Juventini.