Il-ġurnali sportivi tal-lum ftit li xejn jitkellmu dwar Juventus bl-uniku ġurnal li jagħmel dan b’mod prominenti jkun il-ġurnal Tuttosport.

Tuttosport: Il-ġurnal minn Turin jgħid li Alexis Sanchez ikun l-attakkant ideali għal Juventus li jekk ma jiddeċidux li jixtru lura lil Morata dan jista’ jkun l-għażla tal-Bianconeri. Jgħid ukoll li hemm interess konkret minn Juventus għal Batshuayi.

La Gazzetta dello Sport: L-unika riferiment għal Juventus fil-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta r-roża hija l-fatt li Juventus mhux biss għandhom l-ikbar ammont ta’ plejers fil-Euro 2016 imma anki għall-ammont ta’ dehriet, gowls u punti.

ll Corriere dello Sport: L-unika aħbar relatata ma’ Juventus tikkwota lil Pjanić jgħid li jrid jirbaħ kollox ma’ Juventus.