Ħarsa lejn il-ġurnali tal-lum: Sánchez u l-isem ġdid tal-lum huwa…Kif aħna mdorrijin meta joqrob is-suq tat-trasferimenti, jibdew jissemmew ħafna ismijiet kważi bir-rata ta’ isem ġdid kuljum u din-id-darba mhux inqas…
Tuttosport: L-isem ġdid li jidher f’dan il-ġurnal huwa dak ta’ Kanté ta’ Leicester bħala sostitut ta’ Marchisio sakemm jirkupra, li għalih Juventus lesti li jħallsu l-klawsola ta’ 25 miljun. Jissemma wkoll għal darb’oħra Gabriel Jesus bi sfida ma’ Inter. Il-ġurnal minn Turin jgħid ukoll li Juventus huma interessati f’Chicarito Hernández għall-attakk u Lucas Hernández għad-difiża. Insomma, mhux isem ġdid wieħed imma tlieta f’dan il-ġurnal…
La Gazzetta dello Sport: L-uniku riferiment indirett għal Juventus fil-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta r-roża huwa li Sturaro probabbli jieħu post De Rossi (imweġġa’) kontra l-Ġermanja.
ll Corriere dello Sport: Jgħid illi issa, li Chelsea jidhru li ħadu lil Batshuayi, Juventus se jitfgħu l-attenzjoni tagħhom kompletament fuq Sánchez.