Il-ġurnali sportivi tal-lum jiddedikaw il-paġni ta’ quddiem tagħhom lid-debutt tal-Italja fl-Euro 2016 u t-testijiet mediċi ta’ Pjanić.

Tuttosport: Filwaqt illi kważi l-ispazju kollu tal-paġna ta’ quddiem huwa ddedikat lit-tim nazzjoanli Taljan u d-debutt tiegħu fl-Euro 2016, f’kolonna fil-ġenb il-ġurnal minn Turin jikkwota lil Vučinić jgħid lil Pjanić illi mal-Juventus wieħed jirbaħ żgur u lil Dunga li jiddeskrivi lil Dani Alves bħala plejer super.

La Gazzetta dello Sport: B’titli żgħar fin-naħa t’isfel tgħid li Berardi qed jerġa’ jibdielu u Juventus tawh ultimatum filwaqt li Pjanić wasal Turin.

ll Corriere dello Sport: Tgħid li Berardi mhux ċert li jrid jingħaqad ma’ Juventus filwaqt li Pjanić wasal Turin u mistenni jagħmel it-testijiet mediċi dalgħodu.