L-eliminazzjoni tas-Serbja mit-Tazza tad-Dinja tfisser li issa Sergej Milinković-Savić jista’ jiffoka fuq il-futur tiegħu, hekk kif qed jidher dejjem iktar evidenti li jista’ jħalli lil Lazio.
F’kummenti lil La Gazzetta dello Sport, il-plejer jidher li fetaħ tama ġdida lil Juventus: “Kuljum qed nesperjenza skwadra ġdida interessata fija. Stimolu kbir għalija. Juventus hi skwadra mill-aqwa, l-aqwa fl-Italja u dan jidher ċar mill-ammont ta’ kampjonati u Coppe Italia mirbuħa. Iktar minn hekk f’Turin jgħix ħija, għalkemm irrid nara x’se jagħmel hu wkoll.”
Madankollu, iddikjara wkoll li “jekk nitlaqx jew nibqax ma’ Lazio jiddependi wkoll mis-soċjetà.”
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






