Għad għandu biss 21 sena, iżda f’pajjiżu r-Repubblika Ċeka hemm entużjażmu kbir għall-futur ta’ dak li qed jitqies bħala Zlatan Ibrahimović iċ-Ċek.

Hu Patrik Schick l-ewwel akkwist ta’ Juventus, l-istess plejer li dwaru, iktar kmieni din is-sena, il-ġurnali fl-Italja kienu ċerti li minflok se jissieħeb ma’ Inter. Id-diriġenti ta’ Inter esprimew interess fih mal-aġenti, l-istess Roma, waqt li PSG għamlu offerta ogħla minn Juventus iżda ppefera li jżomm kelmtu ma’ Juventus.


Iżda barra mill-grawnd, min hu Schick? Plejer li l-ħin liberu tiegħu jqattgħu jilgħab FIFA 17 fuq il-PS4, iżda qatt ma jagħżel lilu nnifsu. Għaliex? Lill-ġurnalisti rrispondihom hekk: “F’din il-logħba, jien medjokri wisq.”

Iżda fl-edizzjoni li jmiss m’għandux għalxiex jinkwieta. Kien Pavel Nedved stess li tah il-laqam ta’ ‘Ibrahimović iċ-Ċek’, meta lil Deník qalilhom li bħal Schick, lanqas Zlatan ma kellu xi muskoli kbar fil-bidu tal-karriera.

Iżda minkejja dan Schick jibqa’ umli, u meta saqsewh dwar dan, lill-ġurnalisti qalilhom li Zlatan hu uniku.

Matul l-istaġun li għadda Schick skurja ‘biss’ 11-il gowl, iżda dam ma kiseb post regolari b’14-il logħba biss li fihom beda mill-ewwel. Dan wara perjodu sakemm dara fl-Italja mal-wasla tiegħu mingħand Sparta Prague għal €4 miljun. Kien qal li kemm il-lingwa, il-kultura kif ukoll il-pass tal-logħba u t-taħriġ huma ferm differenti minn dak li kien imdorri.

F’dan l-ewwel staġun, Schick kellu preċiżjoni tax-xuttijiet tiegħu ta’ 60% u kkonverta 30% tax-xuttjiet f’gowls. Fit-tnejn li huma, jegħleb lil Gonzalo Higuaín.

U fuq kollox relevanti għalina l-Maltin – Patrik Schick (numru 24) iddebutta mat-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka u saħansitra skurja fil-logħba tas-sena li għaddiet, kontra Malta (6-0). Hu bidel lil Tomáš Rosický u qal li saqajh kienu qed jitriegħdu bl-eċitament.

Sors: Goal

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280