Hekk kif kollox kien qed jindika li d-destin ta’ Stefano Sturaro huwa fl-Ingilterra ma’ Watford, issa sfaxxa kollox.
Huwa mifhum li ż-żewġ klabbs ma qablux rigward l-istruttura ta’ kif se jkun is-self tal-plejer.
Il-klabb Ingliż xtaq li jakkwista lil plejer għal staġun wieħed b’self iżda Juventus xtaqu li għall-inqas Watford ikollhom iċ-ċans li jakkwistaw lil plejer b’mod permanenti għas-somma ta’ €18-il miljun.
Sors: Premium Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com