Kuntrarju għal dak maħsub, Stephan Lichtsteiner mhux se jingħaqad mal-klabb Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund hekk kif iż-żewġ partijiet ma laħqux ftehim.
“Mhux se ningħaqad ma’ Borussia għaliex ma lħaqniex ftehim. M’hemm xejn iktar xi ngħid dwar dan. Żgur li mhux sejjer iċ-Ċina. Jien ma niġrix wara l-flus imma rrid kwalità ta’ ħajja. Marti u wliedi jridu jħossuhom tajjeb u żgur li dan ma jseħħx fiċ-Ċina. Jien ma rridx iżjed flus,” iddikjara l-Iżvizzeru.
Sadattant m’hemm l-ebda possibbiltà li Lichtsteiner iġedded, wara li f’Ġunju jispiċċalu l-kuntratt ma’ Juventus.
Sors: Blick
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






