Juventus huma interessati fl-akkwist tal-attakkant ta’ Inter Mauro Icardi, li spiċċa eskluż mill-iskwadra ta’ Inter fuq deċiżjoni tal-kowċ Antonio Conte.

Minkejja dan, il-klabb ta’ Turin irid l-ewwel ibigħ lil Mario Mandžukić u Gonzalo Higuaín. Waqt li għall-Kroat hemm offerti tajbin mill-Ġermanja, destinazzjoni li togħġob lill-plejer, is-sitwazzjoni tal-Arġentin hi iktar ikkumplikata.

Dan hekk kif Higuaín għandu paga għolja u l-aġent tiegħu jinsisti li fl-Italja jilgħab biss għal Juventus. Madankollu mhux eskluża trattattiva oħra ma’ Roma, li jridu jbigħu lil Edin Džeko, aktarx lil Inter. Fil-fatt hu maħsub li bi flusu, Roma jkunu jistgħu jaffordjaw lill-attakkant Juventin.

Jidher li l-ewwel offerta ta’ Juventus għal Mauro Icardi se tkun ta’ €40 miljun, li mistennija tiġi rifjutata. Madankollu Juventus jafu li huma l-preferuti tal-plejer u li Inter m’għandhomx għażla ħlief li jbigħuh.

Sors: Il Corriere dello Sport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280