Hekk kif issa ftit li xejn fadal dubji li l-goalkeeper Gianluigi Buffon se jirtira fi tmiem l-istaġun, jidher li l-futur se jkun goalkeeper Franċiż.
Dan hekk kif id-diriġenti Juventini qed isegwu liż-żagħżugħ ta’ 18-il sena Alban Lafont, li ilu sa mill-2015 jilgħab b’mod regolari fl-ogħla diviżjoni Franċiża ma’ Toulouse.
Wara sena fl-akkademja tal-klabb, hu ddebutta f’Novembru tal-2015 biex sar l-iżgħar goalkeeper li qatt lagħab fil-Ligue 1 meta kellu 16-il sena u 310 ġurnata biex b’hekk qabeż lil-leġġenda Mickaël Landreau.
F’Jannar tal-2016 kien ukoll fil-lista ta’ La Gazzetta dello Sport fost l-aqwa plejers ta’ taħt l-20 sena. Fil-lista, minbarra hu, kien hemm biss Gianluigi Donnarumma li jilagħbu bħala goalkeepers.
Il-plejer, mill-Burkina Faso, ilu jilgħab ma’ Franza sa mill-kategorija ta’ taħt is-16-il sena. Minkejja li man-nazzjonal hemm ukoll il-kategoriji U18 u U19, hu ġie promoss ma’ dawk ta’ sentejn iktar minnu, jiġifieri ma’ Franza ta’ taħt l-20 sena.
Meqjus bħala l-verżjoni Franċiża ta’ Gianluigi Donnarumma, Juventus ilhom isegwu lil Lafont sa mill-2016.
Sors: Maxifoot
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com