Il-kowċ ta’ PSG Thomas Tuchel ma setax jagħti garanzija li l-midfielder Adrien Rabiot se jibqa’ mal-klabb.
“M’għandix garanzija li Rabiot se jibqa’ magħna. Nittama li jaf li nieħu gost naħdem miegħu. Għandu potenzjal kbir, kapaċi jitjieb iktar u jsir plejer ta’ livell għoli. Jiddependi minnu issa, li jikkonferma li jrid jibqa’.”
Tuchel kien mistoqsi dwar dan wara l-aħħar spekulazzjoni, fejn ingħad li Rabiot mhux se jiffirma l-estensjoni tal-kuntratt tiegħu biex jingħaqad ma’ Juventus is-sena li ġejja.
Sors: Canal+
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com