Fl-aħħar tliet snin, Juventus neħħew sensiela ta’ plejers li kienu meqjusa bħala żejda jew mhux tajbin biżżejjed mill-kowċ Massimiliano Allegri.

Mirko Vučinić: Fl-2014 intbagħat mal-klabb ta’ Abu Dhabi, Al Jazira Club għal madwar €6 miljun. Illum jinsab mingħajr klabb, iżda għadu ma rtirax.

Jorge Martinez: Akkwistat għal €12-il miljun fl-2010, El Malaka qatta’ snin jintbagħat b’self sakemm spiċċa għand Juventud tal-Urugwaj. Sadattant kien jiġġeddidlu l-kuntratt biex it-telf li għamlu Juventus minn fuqu jinfirex fuq ammont ta’ snin. Illum jinsab bla kuntratt.

Marco Motta: Fl-2014 għadda għand Watford tal-Ingilterra sakemm spiċċa bla kuntratt. Illum jilgħab fit-Tieni Diviżjoni Spanjola, ma’ Almeria.

Reto Ziegler: Illum jilgħab mal-klabb ta’ Lucerne, fl-Iżvizzera, wara li ħalla lil Juventus fl-2014.

Fabio Quagliarella: Illum għandu 34 sena u jilgħab ma’ Sampdoria. Fl-2014 kien inbiegħ lil Torino.

Federico Peluso: Fl-2014 kien inbiegħ għand Sassuolo u llum għandu 33 sena. Sal-lum għadu mal-istess klabb.

Mauricio Isla: Wara li mingħand Juventus għadda għand QPR fl-2014, kellu esperjenzi ma’ Marseille, Cagliari u Fenerbahçe. Illum għadu fit-Turkija.

Sebastian Giovinco: Wara Juventus kien ħalla l-Italja għal Toronto FC fl-2014, u sal-lum għadu fl-MLS fejn jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejers attwali.

Arturo Vidal: Wieħed mill-plejers mibjugħa fl-2015 fi trasferiment li għadu sal-lum jiddiżappunta lil ħafna Juventini, minn dak iż-żmien Vidal għadu jilgħab għal FC Bayern München.

Angelo Ogbonna: Mingħand Torino għal għand Juventus u mill-2015 sal-lum għand West Ham. Il-plejer ġedded il-kuntratt sal-2022.

Kingsley Coman: FL-istess sena ta’ Vidal, FC Bayern München kienu akkwistaw ukoll lil Kingsley Coman li għadu jilgħab għall-istess tim u spiss ukoll għan-Nazzjonal ta’ Franza.

Carlos Tevez: Fl-2015 kien għadda għand Boca Juniors u sa minn Jannar tal-2017 ilu jilgħab fiċ-Ċina ma’ Shanghai Shenhua. Mal-klabb jaqla’ stipendju rekord u kien f’kontroversja għaliex akkużat li qed jeħxien.

Andrea Pirlo: Mingħand Juventus, fl-2015 għadda għand New York City. Illum għandu 38 sena u għadu kif ħabbar li se jirtira fi tmiem l-istaġun.

Simone Pepe: Fl-2015 ħalla lil Juventu biex ingħaqad ma’ Chievo. Wara, il-plejer tant maħbub mill-Juventini kien għadda għand Pescara iżda sensiela ta’ injuries wasslitu biex jirtira. Illum qed jistudja biex jilħaq prokuratur.

Fernande Llorente: L-attakkant Spanjol kien ingħaqad ma’ Seville b’xejn. Wara lagħab għal Swansea u issa jilgħab għal Tottenham.

Marco Storari: Illum goalkeeper ta’ Milan. Wara Juventus kien qatta’ staġun fis-Serie B u ieħor fis-Serie A ma’ Cagliari.

Paolo De Ceglie: Wara sensiela ta’ esperjenzi b’self, inkluż ma’ Marseille, irrifjuta sensiela ta’ trasferimenti oħra b’self sakemm spiċċa bla kuntratt. Sal-lum għadu bla klabb.

Paul Pogba: Akkwistat b’xejn minn Juventus, għadda għal somma rekord mill-ġdid għand Manchester United. Is-sena li għaddiet rebaħ l-Europa league, attwalment imweġġa’.

Álvaro Morata: Wara staġun ma’ Real Madrid, fejn rebaħ iċ-Champions League, illum jilgħab għal Chelsea taħt Antonio Conte.

Roberto Pereyra: Fl-2016 inbiegħ lil Watford. Sal-lum għadu jilgħab mal-istess klabb.

Hernanes: Mingħand Inter għand Juventus u fl-2016 għand Hebei fiċ-Ċina. Attwalment misluf lil São Paulo FC f’pajjiżu, il-Brażil.

Simone Zaza: Fl-2016 akkwistawh West Ham iżda ftit li xejn kellu suċċess. Illum hu protagonist ma’ Valencia.

Simone Padoin: Sal-lum għadu jilgħab ma’ Cagliari, li magħhom ingħaqad fl-2016. Ir-rebbieħ ta’ ħames kampjonati ma’ Juventus għadu maħbub daqs meta kien f’Turin.

Rubinho: Fl-2016 intemmlu l-kuntratt ma’ Juventus. Għadu bla klabb sal-lum.

Martín Cáceres: Wara li spiċċa bla kuntratt fl-2016, qatta’ żmien bla klabb iżda fl-aħħar iffirma ma’ Verona.

Leonardo Bonucci: Kellu jkun wieħed mill-aqwa akkwisti ta’ Milan, iżda s’issa ma tantx kellu suċċess. Wara ħafna ftaħir, s’issa għamel daqstant żbalji.

Neto: Fl-2017 inbiegħ lil Valencia għal €7 miljun, li magħhom jiżdiedu €2 miljun f’bonuses.

Tomás Rincón: Jinsab misluf lil Torino, b’għażla li t-trasferiment isir permanenti għal €6 miljun.

Mario Lemina: Wieħed mill-iktar trasferimenti riċenti ta’ Juventus. Inbiegħ lil Southampton għal iżjed minn €17-il miljun; nefqa rekord għall-klabb Ingliż.

Dani Alves: Għadda b’xejn għand PSG u qed ikun parti importanti mill-iskwadra ewlenija.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280