Il-President ta’ Sampdoria Massimo Ferrero kkonferma li ntlaħaq ftehim bejn Juventus u Sampdoria għat-trasferiment tal-attakkant Patrik Schick.
B’hekk jidher li sfaw megħluba Roma f’dan id-dwell fis-suq tat-trasferimenti, b’Ferrero jattakka lil Roma li skont hu m’għandhomx flus imma jippretendu li jixtru l-plejers mingħandu.
“Roma talbuna lil Schick, imma m’għandhomx flus. Għidu lil Pallotta biex joħroġ il-flus jekk irid il-plejers. Mingħajr flus ma nagħmlu xejn,” iddikjara Ferrero.
Sors: Goal
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






