Sergej Milinković-Savić, plejer ta’ Lazio, qed jinteressa lil Juventus wara prestazzjonijiet konvinċenti u b’mod kontinwu.
Il-midfielder li twieled fl-1995 u jilgħab ukoll għat-tim nazzjonali tas-Serbja, mistenni jkun fil-qofol ta’ laqgħa bejn Lotito u Marotta fil-bidu tas-sajf bl-intenzjoni li ssir ukoll offerta.
Iżda Lazio, li jafu l-potenzjal tal-istess plejer, mistennija joffrulu estensjoni tal-kuntratt sal-2020 b’żieda fil-paga.
Sors: Calciomercato
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






