L-ewwel staġun fost il-kbar kien deċiżament pożittiv għal Pol Lirola. Fid-29 partita li lagħab għamel erba’ assists u skurja saħansitra gowl fil-UEFA Europa League kontra l-Athletic Bilbao.

Wara l-prestazzjonijiet tajbin tiegħu, jidher li t-tim ta’ Stuttgart huwa interessat fil-plejer ta’ Juventus misluf lil Sassuolo. Tant hu hekk, li Juventus irċevew offerta mingħand il-klabb Ġermaniż għad-difensur Spanjol.

Sors: Gianluca di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280