Fl-Ingilterra għaddejjin xnigħat li Manchester United se jagħmlu offerta għall-attakkant Juventin Paulo Dybala.
Jingħad li l-offerta se tkun ta’ madwar €67 miljun bil-klabb jagħfas fuq ir-relazzjoni tajba bejn l-eks kap tal-iscouting ta’ Juventus, Javier Ribalta, u l-plejer.
Madankollu l-istorja ftit li xejn qed issib konfermi, anke għaliex Juventus ma jridux ibigħu lill-plejer u żgur mhux se jaċċettaw offerta daqshekk baxxa.
Sors: Premium Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com