Hekk kif ġiet fi tmiemha l-Open Day fil-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, s’issa ssieħbu 300 membru għall-istaġun li ġej.

Numru li jinkoraġġina naħdmu għall-Juventini Maltin u li jista’ jkompli jikber jekk int ukoll tissieħeb membru fuq jcmcbmembership.com

Matul il-ġurnata n-nies li żaru l-klabb ma qatgħu xejn. Aċċettaw l-istedina tagħna anke’ numru ta’ esponenti Juventini mill-partiti politiċi f’messaġġ sabiħ li l-futbol kapaċi jgħaqqadna.

Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
L-Imrieħel.