Il-partitarji ta’ Juventus bdew kampanja fuq Twitter fejn juru li huma kontra t-tluq ta’ Mattia Caldara, iktar u iktar bi bdil ma’ Leonardo Bonucci.

Mistoqsija li għamel il-ġurnalist Massimo Pavan wriet li 94% ta’ dawk li vvutaw huma kuntrarju għat-tluq tad-difensur żagħżugħ. Kien hawn li beda l-kampanja #Caldaranonsitocca.

Din il-kampanja mill-ewwel kisbet popolarità kbira u xterdet b’rata mgħaġġla ħafna.

Sors: Twitter

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280