Il-winger ta’ 30 sena Paolo De Ceglie ħalla lil Juventus għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Dan hekk kif intemm il-kuntratt tiegħu.

Wara li kien prodott mill-akkademja tal-istess klabb, De Ceglie deher li kellu potenzjal u li xi darba jew oħra kien se jakkwista postu fl-iskwadra ta’ Juventus.

Minkejja li ddebutta u lagħab xi logħob mal-iskwadra ewlenija kemm fis-Serie B kif ukoll fis-Serie A, Juventus bagħtuh b’self lil Siena, Genoa, Parma u Marseille sakemm irritorna lura fl-2016.

Iżda De Ceglie beda jirrifjuta li jmur b’self mill-ġdid fis-Serie B, u dan wassal biex Juventus neħħewh mil-lista tal-plejers, biex b’hekk qatta’ staġun jitħarreġ waħdu.

Kien ukoll l-uniku plejer li ma kienx mal-iskwadra fil-preżentazzjoni tat-trofej tas-Serie A u l-Coppa Italia, minkejja li plejers oħra bħal Mattiello u Audero, li qatt ma lagħbu matul l-istaġun, kienu hemm.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280