L-aġent Alessandro Lucci, li jirrappreżenta lil Juan Cuadrado, talab laqgħa mad-diriġenza ta’ Juventus.
Dan hekk kif, minkejja li għadu kif ġie akkwistat għalkollox mingħand Chelsea, il-plejer jixtieq ċertezza li hu għadu jifforma parti mill-proġett tal-klabb, speċjalment issa qalb ix-xnigħat li Juventus iridu lil Keita ta’ Lazio.
Juan Cuadrado jinteressa kemm lil Arsenal, li madankollu ma ressqux offerta għall-plejer, kif ukoll lil Roma li jridu sostitut ta’ Salah.
Min jixtieq lill-plejer, madankollu, mhux se jkollu triq faċli, hekk kif Juventus jistmaw lill-plejer għall-valur ta’ €40 miljun.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com