Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp kien mistoqsi speċifikament dwar jekk Emre Can hux se jingħaqad ma’ Juventus jew le.

“Mhux interessat nitkellem dwar aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti. Kollox jiddependi mill-komportament tal-plejer, imma l-plejers tiegħi jinsabu tajjeb u m’għandhomx problemi. Jekk inkunu rridu nbigħu plejer mhux se mmorru ngħidulu ta’ kuljum għaliex irridu li jibqa’ fil-forma ideali sakemm jasal biex jitlaq,” iddikjara Klopp.

Kompla li la Can u lanqas Coutinho ma tawh l-impressjoni li mhux interessati li jibqgħu mal-klabb. “Għalissa jiffurmaw parti mill-iskwadra u se jibqgħu sakemm jitilqu. Meta se jitilqu ma nafx.”

Sors: Echo

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280