Fl-istorja tat-tim nazzjonali tal-Italja, eks plejer ta’ Juventus għadu mnaqqax fl-istorja bħala l-iżgħar captain u l-iżgħar plejer li qatt skurja man-nazzjonal.

Kien fl-1957 meta Juventus akkwistaw liż-żagħżugħ ta’ 16-il sena Bruno Nicolè mingħand Padova. Ma’ dan il-klabb kien iddebutta ta’ 16-il sena, f’rebħa ta’ 3-2 kontra Inter.

Ma’ Juventus kien jilgħab minkejja li kellu kompetizzjoni ħarxa minn John Charles, Omar Sivori u Giampiero Boniperti, iżda xorta waħda għaqqad medja ta’ gowl kull tliet logħbiet f’esperjenza ta’ sitt snin.

Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh man-nazzjonal, fejn lagħab tmien logħbiet bejn l-1958 u l-1964. Mal-Italja skurja żewġ gowls, it-tnejn li huma fid-debutt internazzjonali tiegħu fid-9 ta’ Novembru tal-1958 f’logħba ta’ ħbiberija li ntemmet fi draw ta’ 2-2 kontra Franza.

Meta kellu 18-il sena u 258 ġurnata, hu sar l-iżgħar plejer li qatt skurja mal-Italja u għad għandu r-rekord tal-iżgħar captain tal-Italja, meta fil-25 t’April tal-1961 libes il-faxxa ta’ captain fil-logħba mirbuħa bi skor ta’ 3-2 kontra L-Irlanda ta’ Fuq.

Iben Bruno, Fabio Nicolè, kiteb ktieb dwar missieru u se jippreżentah f’Malta nhar is-Sibt li ġej. Fabio Nicolè se jiltaqa’ mal-membri tal-klabb dakinhar stess filgħaxija, fejn se jkun preżenti fis-sede tal-klabb għal-logħba kontra Roma.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280