Fl-ewwel partita ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun, Juventus ġew megħluba minn Barcelona bl-iskor ta’ 1-2. Din il-partita hija parti mill-International Champions Cup li ssir fl-Istati Uniti.

Juventus niżlu bil-formazzjoni ta’ 4-2-3-1 fejn il-plejers fil-formazzjoni inizjali kienu Buffon, Lichtsteiner, Benatia, Barzagli, Asamoah, Khedira, Marchisio, Sturaro, Lemina, Bentancur u Mandžukić filwaqt li Barcelona niżlu bil-formazzjoni ta’ 4-3-3 u l-plejers kienu Cillessen, Piqué, Mascherano, Aleix Vidal, Digne, Rakitić, Iniesta, Samper, Messi, Neymar u Alcácer.

Il-Katalani kienu dominanti għalkollox fl-ewwel taqsima u l-ewwel gowl wasal fl-14-il minuta meta b’azzjoni tajba bejn Alcácer u Neymar, dan tal-aħħar daħal fil-kaxxa u tefa’ l-ballun wara Buffon għall-ewwel gowl tal-partita. It-tieni gowl wasal fil-25 minuta meta azzjoni personali u mill-aqwa ta’ Neymar fejn saħansitra daħal fil-kaxxa u qabeż mill-inqas ħames plejers Juventini u tefa’ fix-xibka għat-tieni gowl tal-partita.

Fit-tieni taqsima rajna d-debutt mill-ewwel tal-goalkeeper Pollakk Wojciech Szczęsny u d-difensur Mattia De Sciglio fost bidliet oħra li saru minn Massimiliano Allegri. L-andament fit-tieni taqsima naqas ħafna fejn din id-darba rajna aktar lil Juventus li jieħdu l-loghba f’idejhom għalkemm Barcelona baqgħu perikolużi fl-attakki tagħhom. Fid-59 minuta kien imiss li naraw id-debutt tal-Brażiljan Douglas Costa biex tilet minuti wara wasal il-gowl ta’ Juventus, fejn minn corner li nkariga ruħu minnu Dybala sab lil Chiellini li għola fuq kulħadd u bir-ras tefa’ fix-xibka.

L-ewwel partita ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun intemmet fuq togħma morra però żgur li kien hemm ukoll sinjali pożittivi. Il-partita li jmiss għal Juventus se tkun mill-istess turnew, kontra PSG. Din il-partita se tintlagħab nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju fejn il-ħin ta’ Malta se jkun is-sagħtejn ta’ filgħodu.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280