Il-President ta’ Lazio Claudio Lotito qed jibqa’ jinsisti li mhux lest jaċċetta xejn inqas minn €150 miljun biex ibigħ lill-midfielder Sergej Milinković-Savić.
Fid-dawl ta’ dan jirriżulta li Juventus irtiraw minn dan it-trasferiment hekk kif iħossu li din mhix ċifra realistika li tirrappreżenta l-valur tal-plejer.
Konferma ta’ dan kienu wkoll kliem l-istess Lotito, li ġie kkwotat jgħid li “min m’għandux flus ma jistax jippretendi li jixtri l-plejers.” Iddikjara wkoll li Lazio lestew l-akkwisti li kellhom bżonn u mhux sfurzati jbigħu.
Għalkemm wieħed irid jara x-xewqa ta’ Sergej Milinković-Savić, u kif se jirreaġixxu l-aġenti tiegħu għal dan kollu, fl-aħħar sigħat bdew ix-xnigħat li Juventus minflok daru fuq Adrien Rabiot.
Sors: La Gazzetta dello Sport/Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com