Juventus reġgħu kienu protagonisti fis-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf fejn għamlu l-akbar trasferiment fejn akkwistaw lil Cristiano Ronaldo. Fl-aħħar ġurnata tas-suq Juventus temmew il-kuntratt ta’ Claudio Marchisio u ħafna kienu inkwetati minħabba n-nuqqas ta’ midfielders.
Beppe Marotta u Fabio Paratici, li huma l-moħħ wara t-trasferimenti ta’ Juventus, diġà jinsabu fuq ħidma biex jakkwistaw midfielder ta’ kwalità għolja fis-sajf li ġej. It-tliet ismijiet li qed jissemmew l-aktar huma Adrien Rabiot, Paul Pogba u Sergej Milinković-Savić.
L-aktar għażla preferibbli ta’ Juventus żgur li hija dik ta’ Rabiot hekk kif fis-sajf li ġej ikun bla kuntratt, ħaġa li hija sinonima ma’ Juventus fejn fl-aħħar snin dejjem akkwistaw plejer li jkun spiċċalu l-kuntratt.
Iż-żewġ plejers l-oħra huma fost dawk mixtieqa fejn Paul Pogba dejjem baqa’ b’relazzjoni tajba ma’ Juventus filwaqt li Milinković-Savić kulħadd jaf il-kwalitajiet tiegħu.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com