Interess qawwi minn Juventus għall-winger Federico Bernardeschi, b’Juventus li lesti joffru €30 miljun u bonuses biex jakkwistawh.
Jingħad li anke l-President Andrea Agnelli approva dan it-trasferiment, għalkemm Fiorentina jridu ferm iżjed biex il-plejer iħalli l-klabb. Il-bażi tat-trattattivi għall-Viola trid tkun offerta ta’ €40 miljun.
Il-plejer jista’ jkun jew l-alternattiva ta’ Douglas Costa, jew jieħu post Juan Cuadrado.
Sors: La Gazzetta dello Sport/Il Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






