Juventus fl-aħħar jiem biegħu diversi plejers promettenti mill-Primavera, jew li kienu ġew akkwistati reċentement.

L-aħbar dwar it-tluq ta’ dawn il-plejers issorprendiet lil ħafna, mhux biss għax it-trasferimenti kienu permanenti u mhux b’self, imma wkoll għaliex ma ssemmiex li ddaħħlet l-għażla li l-plejers jinxtraw lura għal somma stabbilita (buy back clause).

Madankollu, sorsi qrib Juventus iddikjaraw li fil-fatt din il-klawżola tinsab fit-trasferiment, imma sempliċement ma tniżżlitx b’mod pubbliku.

L-użu tal-buy back clause minn Juventus qed isir iktar popolari. Dan għaliex il-klabb iqis li meta plejer jinbiegħ, minflok jiġi misluf, il-klabb li jirċevih ikollu motivazzjoni ikbar li l-plejer jitjieb.

Klabb li jkun xtara plejer bil-buy back clause mhux biss ikun għamel investiment importanti, imma jkun motivat għax jaf li meta plejer jitjieb se jbigħu bi qligħ.

F’Jannar, Juventus bagħtu b’self lil Riccardo Orsolini għand Bologna. Pol Lirola nbiegħ lil Atalanta, bħalma seħħ fil-każ ta’ Federico Mattiello li madankollu, Atalanta bagħtuh b’self għand SPAL. Fl-aħħar żewġ każi jidher li b’mod mhux uffiċjali ddaħħlet il-buy back clause.

Cristian Bunino inbiegħ lil Pescara, Francesco Margiotta lil LS Vaud Foot SA, Mattia Vitale lil SPAL, Fabrizio Caligara lil Cagliari u Alessandro Tripaldelli lil Sassuolo.

Sors: Juve FC/ Romeo Agresti

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280