Id-diriġenti ta’ Juventus, immexxijin minn Beppe Marotta, jinsabu determinati li jakkwistaw lid-difensur laterali ta’ Milan, Mattia De Sciglio.
Il-kuntratt li għandu bħalissa l-istess plejer ma’ Milan jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla u s’issa għadu ma ftehimx biex iġedded il-kuntratt mar-Rossoneri.
Wara li akkwistaw lil Caldara, Juventus huma determinati li jakkwistaw lil De Sciglio biex ikomplu jenfasizzaw fuq is-settur taż-żgħażagħ.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






