It-tfittxija minn Juventus għal difensur ċentrali mistennija tkompli fil-jiem li ġejjin.
Wara t-tluq ta’ Leonardo Bonucci mill-qalba tad-difiża, huwa mistenni li Beppe Marotta u Fabio Paratici jibdew ħidma intensiva biex jinsab sostitut.
Fil-jiem li ġejjin Juventus mistennija jagħmlu kuntatti ma’ Valencia biex jiftħu diskussjonijiet għad-difensur Ezequiel Garay. Dan tal-aħħar hemm interess fih ukoll minn xi klabbs fl-Ingilterra però l-interess ta’ Juventus jista’ jkun influwenti wkoll
L-offerta ta’ Juventus mistennija tkun bejn €12 u €15-il miljun. Id-difensuri Kostas Manolas u Stefan de Vrij jibqgħu fuq quddiem fil-lista li qed isegwu Juventus.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com